Fil-qorti Franċiża dehru ħames persuni suspettati li kellhom x’jaqsmu mal-attakk li seħħ f’Nizza f’Jum Bastilja.Wieħed mis-suspettati, qalet il-prosekuzzjoni Franċiża, saħansitra mar fuq il-post jiffilmja x-xeni ta’ wara l-attakk.
L-erbat irġiel u mara li għandhom bejn it-22 u 40 sena qed ikunu akkużati li għenu lix-xufier tat-trakk biex jipprepara għall-attakk.
Attakk li sewa l-ħajja ta’ 84 persuni u li kienu fil-folla jiċċelebraw Jum Nazzjonali ta’ importanza kbira għal Franza. Il-prosekuzzjoni qalet li s-suspettati taw għajnuna loġistika u li l-imputat kien ilu jippjana l-attakk xhur qabel. Tlett mis-suspettati qed ikunu akkużati b’kompliċita ma gruppi terroristiċi.
Qed jingħad li tnejn mis-suspettati taw l-imputat numru ta’ armi. Il-ħames akkużati ser jinżammu taħt il-kustodja tal-Pulizija Franċiża.