L-Aġenzija tal-aħbarijiet CNN ikklassifika l-ħobża Maltija mal-aqwa ħamsin fid-dinja. Is-CNN qalet kif il-qoxra li tqarmeċ u l-għaġina ratba fuq ġewwa tagħmilha perfetta biex tiekola mat-tadam u ż-żebbuġ frisk.
Is-sit internazzjonali semma’ kif il-ħobża Maltija hija parti mill-kultura ta’ pajjiżna u nnutaw il-fatt li l-ħobż insemmuh fid-diskors tagħna ta’ kuljum, meta wieħed jgħid “X’ħobż jiekol dan?”
Fost il-ħamsin ħobża li tefaw is-CNN flimkien mal-ħobża Maltija hemm iċ-Ciabbata tat-Taljani u t-Tortillas tal-Messikani.