Fit-Tramuntana tal-Messiku f’ Culiacan jinsab għaddej ġlied kbir bejn uffiċjali tas-Sigurta u membri mill-Kartel tad-Droga magħruf bħala Sinaloa.
Membri tal-Kartel dahru lill-ufficjali tas-sigurtà u ħarrbu lil Ovidio Guzmán López li huwa wieħed mill-ogħla kapijiet ta’ dan il-cartel u t-tifel ta’ wieħed mill-ikbar kriminali tad-droga, Joaquin ‘El Chapo’ Guzman.
Guzman ta’ 62 sena kien fil-kustodja tal-uffiċjali Messikani wara li kien akkużat bi traffikar tad-droga u ħasil ta’ flus fl-Istati Uniti.
Huwa kien diġà ħarab minn ħabs Messikan fl-2015 madankollu reġa’ kien arrestat u estradit lejn l-Istati Uniti fl-2017.
Ritratt: AFP/ Getty Images