Raġel ta’ 34 sena residenti San Ġwann jinsab f’qgħada gravi wara li kien involut f’ħabta fil-Gżira.
Fl-inċident li seħħ għall-ħabta tat-8:30 fi Triq Tas-Sliema, kien hemm involuti vettura tat-tip Honda CRV misjuqa minn raġel ta’ 70 sena residenti
San Ġwann u mutur tat-tip Honda PC34 misjuq minn raġel ta’ 34 sena residenti San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei għal kura, fejn aktar tard ir-raġel ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.