Il-Kap tal-Oppożizzjoni mar il-Qorti jagħmel allegazzjonijiet fuq tliet Ministri u għax dawn qed iwieġbu għalihom, kif għandhom kull dritt, Adrian Delia ħareġ jivvinta li l-Qorti ddikjarat xi ħaġa kontrihom.
Fi stqarrija, il-Partit Laburista nnota li huwa Adrian Delia li bil-passi legali ddisprati li qed jieħu qed jipprova jitfa’ suspetti legali fuq kull min jiġi quddiemu.
Qal li dan hu l-aħħar attentat iddisprat biex jintogħġob mal-fazzjoni li sa ftit tal-ġimgħat ilu kienet qed tipprova ttajru minn Kap tal-Partit Nazzjonalista.
“Iżda, kull darba qed jispiċċa jidħol ġo ħajt u saħansitra jitlef il-battalji legali li jidħol għalihom. Wara kull telfa mbagħad jivvinta waħda ġdida”, temm jgħid il-Partit Laburista.