Ċifri tal-Eurostat juru li f’Awwissu li għadda, Malta kellha l-ikbar tkabbir industrijali fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
Il-Eurostat qal li Malta rreġistrat tkabbir ta’ 7.4% segwita mid-Danimarka b’6.6% u l-Finlandja b’4.5%.
B’kuntrast f’Awwissu, il-produzzjoni industrijali fl-Unjoni Ewropea naqset bi 2.8% u bi 2% fiż-Żona Ewro meta mqabbel mal-istess xahar is-sena li għaddiet.
L-iktar tliet pajjiżi li raw tnaqqis fil-produzzjoni industrijali f’Awwissu kienu l-Islovakkja bi 8.1%l-Irlanda b’6.2% u r-Rumanija b’6.1%.
Imqabbel max-xahar ta’ Lulju, il-Eurostat qal li Malta b’rata ta’ 5.6% rreġistrat wkoll l-ikbar tkabbir industrijali fost il-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.