George Degiorgio magħruf bħala ċ-Ċiniż talab li l-każ tiegħu jiġi sospiż sakemm jiġi magħruf jekk l-interċettar tat-telefonati tiegħu sarux b’mod legali.
Permezz tal-avukat tiegħu, Degiorgio ressaq talba urġenti qabel ma jinstema’ l-każ tiegħu quddiem il-Qorti kriminali fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
Id-difiża ta’ Degiorgio qalet li l-Qorti għandha teqred l-evidenza li nġabret mill-interċetazzjoni tat-telefonati għaliex din saret b’mod illegali.