Waqt id-diskors tal-baġit, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li se tkun qed tingħata għajnuna ġdida li tħeġġeġ kumpaniji fl-oqsma tal-Agrikultura u s-Sajd bl-iskema tal-‘Innovation Aid for SMEs’.
Il-Ministru Scicluna ħabbar li se jsir investiment f’erba’ laboratorji ewlenin sabiex titjib l-infrastruttura regolatorja. Dawn il-laoratorji li se jsir investiment fihom huma: tal-Veterinarju Nazzjonali, il-Laboratorju għas-Saħħa tal-Pjanti, il-Laboratorju għall-Ittestjar tal-Ħamrija u l-Ilma għat-Tisqija u t-twaqqif tal-ewwel Genebank Nazzjonali f’Malta.
Il-Ministru Scicluana ħabbar li matul is-sena d-dieħla ser tkun lesta r-riġenerazzjoni tal-Pitkali, filwaqt li r-razzett tal-Gvern fl-Għammieri se jinbidel f’Ċentru ta’ Innovazzjoni u Riċerka Agrikola.
Dawn il-miżuri l-ġodda se jitkomplew flimkien mar-ristrutturar fil-Biċċerija Pubblika, it-titjib fil-Hard Standing Facility f’Marsaxlokk, l-iżvilupp ta’ Control Hub ċentrali fil-Marsa u l-iskema tar-restwar tad-dgħajjes.