Il-Ministru tal-Finanzi Edward Scicluna ħabbar li s-sena d-dieħla l-Borża ta’ Malta se tkun qed timplementa inizjattivi ġodda biex tippromovi l-ħruġ tal-Green Bonds. Dawn il-bonds se jinċentivaw fi proġetti fl-oqsma tal-ħarsien tal-ambjent, riżorsi sostennibli u enerġija.
Il-minsitru Scicluna ħabbar ukoll li f’Marzu li ġej pajjiżna għall-ewwel darba fl-istorja se jospita l-konferenza fuq settur speċifiku tal-finanzi, grazzi għall-ħidma siewja li qqed tagħmel il-borża ta’ Malta flimkien mal-Federazzjoni tal-Boroż Mondjali.