Id-Dwana se tinvesti f’x-ray tunnel van u żewġ magni għal scanning tal-bagalji. Dan filwaqt li jitkompla t-taħriġ professjonali u l-ingaġġ tar-riżors uman.
Dan l-investiment se jgħin lid-Dwana tkompli bir-riżultati ferm pożittivi li qed tagħmel Malta kontra l-ħasil tal-flus u iffinanzjar tat-terroiżmu, u li qed tgħin biex ikun hawn aktar kompetizzjoni ġusta fin-negozju.