Ser isir investiment fil-Bibljoteka Nazzjonali bil-għan li ssir aktar interattiva filwaqt li sservi bħala riżorsa favur il-litteriżmu.Dan l-investiment ser imur għall-konservazzjoni, restawr u mmodernizzar tal-bini storiku biex b’hekk ikun iktar aċċessibbli u attraenti għat-turisti u riċerkaturi.
Apparti minn hekk, ser jibda proċess biex jitnieda proġett tal-indiċi diġitali tal-kotba, dokumenti u manuskritti biex ikunu aċċessibbli onlajn.