Waqt id-diskors tal-baġit il-Ministru Scicluna ħabbar li l-iskola l-ġdida tal-Qawra ser tinfetaħ is-sena d-dieħla.Ħabbar ukoll li jibdew xogħolijiet fuq il-bqija tal-blokok tal-iskola taż-Żejtun. Ser jibda wkoll il-proċess biex tinbena sala fl-iskola sekondarja ta’ Santa Luċija.
Dan dilwaqt li ssoktaw it-tħejjijiet għall-bidu tal-iskejjel primarji tal-Imsida u r-Rabat.