Il-Gvern huwa impenjat li jagħti spinta lill-faċilitajiet tas-Saħħa. B’hekk ser jintensifika l-investiment fil-Kura Primarja biex b’hekk joffri numr ta’ servizzi speċjalizzati, b’ritmu aktar effiċjenti.
Dan l-impenn beda jissarraf b’investiment f’Ċentru Reġjonali fin-Nofsinhar ta’ Malta u ser jinħoloq ċentru ieħor fit-Tramuntana ta’ Malta.
Iċ-Ċentri Reġjonali mhux ser jieħdu post iċ-Ċentri ta’ Kura Primarja iżda ser jikkumplimentawhom. Ser jinbena wkoll Ċentru għall-Kura Primarja f’Għawdex.
It-tisħiħ fil-Qasam tal-Kura Primarja ser ikompli jiġi indirizzat permezz ta’ investiment fit-tiġdid ta’ ħafna miċ-ċentri tas-Saħħa eżistenti. Dan it-tiġdid mhuwiex wieħed infrastrutturali biss iżda mistenni jinkludi introduzzjoni ta’ tagħmir mediku ġdid u servizzi ġodda.