L-impenn tal-Gvern se jibqa’ jissaħħaħ fejn tidħol il-kwalità tal-ilma u d-drenaġġ.
Biex tlaħħaq maż-żieda fil-popolazzjoni, il-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma se tbiddel il-pompi fil-pumping stations tax-Xama’ f’San Pawl il-Baħar u dik f’Tal-Pwales fix-Xemxija.
Ix-xogħol ta’ tqattigħ tal-mina mir-reverse osmosis f’Pembroke għall-ġibjuni f’Ta’ Qali miexi ġmielu wkoll.
Il-Gvern se jkompli wkoll bil-ħidma fuq il-Kampanja Nazzjonali għall-Konservazzjoni tal-Ilma li se titwassal f’kull belt u raħal f’pajjiżna biex ikompli jiżdied l-għarfien dwar kif jiġu adottati prattiċi effiċjenti fl-użu ta’ din ir-riżorsa importanti.