Is-sena d-dieħla, se nagħtu għotja ta’ 25% sa elf ewro biex jinxtraw batteriji għall-ħażna tal-enerġija rinovabbli.
Se jkunu eliġibbli għal din l-iskema dawk l-individwi li diġà kienu nstallaw pannelli solari u spiċċalhom il-kuntratt li kellhom tal-feed-in-tariff.
Din l-iskema, flimkien ma’ oħrajn, se jkomplu jgħinu biex Malta tnaqqas id-dipendenza fuq sorsi ta’ enerġija konvenzjonali kif ukoll tnaqqas l-emissjonijiet fl-arja.