Wara li ġew konklużi d-diskussjonijiet u ntlaħaq ftehim mal-konsorzju magħmul mill-operaturi u importaturi dwar kif se tkun implimentata s-sistema, il-Ministru Edward Scicluna ħabbar fil-qari tal-baġit għall-2020, li sal-aħħar ta’ din is-sena se tidħol fis-seħħ l-iskema Beverage Container Recycling.
Bħala parti minn din l-iskema, se jiġu installati numru ta’ magni bi prova biex il-poplu jiffamiljarizza ruħu magħhom ħalli sal-aħħar tal-2020 dawn il-magni jkunu nstallati kollha madwar il-gżejjer Maltin.