Minbarra li se jiżdiedu n-numru ta’ charging points madwar Malta u Għawdex għall-vetturi elettriċi, mis-sena d-dieħla, il-Gvern se jibda jagħti tariffi orħos għal dawk li għandhom dawn it-tip ta’ vetturi u jkunu jridu jiċċarġjawhom minn djarhom.
Dan se jsir permezz ta’ rata speċjali fejn djar residenzjali jibdew iħallu ftit inqas minn tlettax-il ċenteżmu ta’ ewro kull unit, meta jiċċarġjaw il-vetturi fir-residenzi tagħhom.