Meta kien qed jaqra l-baġit għall-2020, il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li l-Malta Enterprise se tinċentiva lill-operaturi li jaħdmu fis-settur tal-kostruzzjoni biex jibdlu l-makkinarju tagħhom għal wieħed li jħammeġ inqas.
Dan hekk kif se tkun qed tagħti għajnuna finanzjarja li tista’ titla’ sa €200,000 lill-operaturi li jiddisponu mill-makkinarju tagħhom u jibdluh f’makkinarju ġdid li jniġġes inqas skont standards stabbiliti.
Il-makkinarju l-antik irid jiġi skrappjat.
Min jixtri makkinarju addizzjonali biex inaqqas l-impatt fuq l-ambjent se jkun eliġibbli wkoll.