Minkejja li se jiżdied id-dħul annwali li jaqla’ individwu, xorta se jibqa’ eliġibbli biex jibbenefika mill-benefiċċju tal-kera.
Din l-iskema tissarraf f’sussidju jekk il-kera taqbeż il-25% tad-dħul gross tal-persuna.
Minn Jannar li ġej, id-dħul annwali ta’ persuna li tgħix waħedha biex tkun eliġibbli għal dan il-benefiċċju se jitla’ minn €14,500 għal €19,000.
F’każ ta’ koppja b’żewġt itfal, id-dħul annwali għall-eliġibilità se jitla’ minn €28,600 għal €32,000.