Minn għada, kull kuntratt li jsir fuq xiri ta’ proprjetà taħt l-iskema tal-first time buyers, se jkunu eżentati mit-taxxa tal-boll fuq l-ewwel €175,000 minflok fuq l-ewwel €150,000.
B’hekk, issa, il-first time buyers se jibdew jiffrankaw €6,500.
Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar ukoll tnaqqis fit-taxxa tal-boll għal kull min jixtri d-dar fejn joqgħod, anki jekk mhux first time buyer, u għal dawk li diġà jgħixu ġo dar li mhix tagħhom u din id-dar titħalla lilhom b’wirt. L-ammont li fuqu titħallas rata mnaqqsa ta’ 3.5% se jitla’ għal €175,000.
Din il-miżura se tidħol fis-seħħ għal dawk il-kuntratti li jibdew jiġu ffirmati minn għada.