Omm Tara Licari, iż-żagħżugħa ta’ 17-il sena li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku nhar it-Tlieta, esprimiet il-ħsibijiet tagħha permezz tas-sit soċjali Facebook.
Tara kienet fil-karozza ma’ ħuha, li għal xi raġuni tilef il-kontroll u baqa’ dieħel f’ħajt fil-Kappara. Fil-karozza kien hemm passiġġier ieħor li flimkien mas-sewwieq ittieħed l-isptar Mater Dei. Tara kienet tgħix id-Danimarka u ġiet għal btala f’pajjiżna.
Il-funeral ta’ Tara se jsir għada f’Birkirkara u dawk li se jattendu huma mitluba jagħtu donazzjoni lill-Lisa Marie Foundation u l-organizazzjoni Justice to Ensure Safer Streets.