Is-sena d-dieħla l-Gvern se jalloka 13-il miljun Ewro fil-fond li minnu se jkomplu jiġu indirizzati l-inġustizzji u l-anomaliji tal-imgħoddi.
Dan il-fond kien ra l-bidu tiegħu sentejn ilu li minnu nfetħu skemi biex jitħallsu lura eks ħaddiema tax-xatt, eks membri tal-korpi tas-snin sebgħin li wara daħlu jaħdmu mal-Gvern u uffiċjali tal-Pulizija.
B’kollox madwar 8,000 persuna u l-eredi tagħhom se jkunu qed jibbenefikaw minn dawn l-iskemi.