Persuni li jbatu minn Fibromyalgia u l-ME se jibdew jibbenefikaw ukoll mill-għajnuna. Minn Jannar li ġej dawn iż-żewġ kundizzjonijiet se jkunu qed jiffurmaw parti mill-lista tal-Għajnuna tal-mard mhux kontributorja u dawk li minħabba din il-kundizzjoni a jistgħux jaħdmu u jissodisfaw it-test tal-mezzi u kriterji mediċi se jkunu jistgħu jibdew jirċievu l-għajnuna medika.
Sabiex jiġi evitat l-abbuż l-evalwazzjoni se ssir minn bord multi dixxiplinarju li se jkun qed jikkonsulta mal-professjonisti tad-dipartiment tas-saħħa.