Matul is-sena d-dieħla l-Gvern se jkun qed iwettaq l-aħħar fażi fir-riforma tal-Assistenza għad-Diżabbiltà li nbdiet tliet snin ilu.
Għalhekk, il-Ministru Edward Scicluna ħabbar li l-pagament tal-persuni b’diżabbiltà severa se jiżdied għal €161.40 sabiex b’hekk din l-assistenza se tkun ekwivalenti għall-paga minima nazzjonali netta.
Minn din il-miżura biss se jkunu qed jikkwalifikaw 650 persuna.
Se jkun hemm ukoll titjib fil-pensjoni tal-invalidità. Il-Ministru Scicluna ħabbar li se tkun qed togħla l-pensjoni minima nazzjonali għall-invalidità se tkun qed tilħaq il-paga minima nazzjonali netta.