Il-Baġit tas-sena 2020 se jkun qed jagħti lill-pensjonanti l-akbar żieda li qatt ingħatat tul dawn l-aħħar 40 sena. Dan ħabbru l-Ministru Edward Scicluna fejn spjega li kull pensjonant se jkun qed jirċievi żieda ta’ €7 fil-ġimgħa jew €364 fis-sena.
Dawn is-seba’ ewro jinkorporaw fihom iż-żieda ta’ €3.51 tal-għoli tal-ħajja fil-ġimgħa.
Din il-miżura waħedha se tkun qed tiswa lill-Gvern aktar minn €16-il miljun u se jkunu qed igawdu minnha madwar 92,000 pensjonant u pensjonanta.