Is-sena d-dieħla, l-ewwel 100 siegħa ta’ overtime ta’ persuni li l-paga bażika tagħhom ma taqbiżx l-€20,000 fis-sena u li m’għandhomx pożizzjoni maniġerjali se tibda tiġi intaxxata bil-15%.
Din il-miżura hija wiegħda oħra tal-manifest elettorali tal-Partit Laburista u mistennija tiswa lill-Gvern €5.3 miljun.