Il-Ministru Edward Scicluna ħabbar ukoll li għal sena oħra l-Gvern se jkun qed jerġa’ jagħti r-rifużjoni lil madwar 200,000 persuna li qiegħda fis-suq tax-xogħol.
Din il-miżura se tkun qed tiswa €11.5 miljun u se jkun qed tinħadem billi l-ogħla refund jieħduh dawk li jaqilgħu l-anqas paga.