Apparti ż-żieda ta’ €3.49 fil-ġimgħa, li hija kumpens tal-għoli tal-ħajja maħduma mill-formola tal-COLA l-Gvern ħass li għas-sena 2020 kull familja u persuna li tgħix waħedha għandha tingħata bonus addizjonali li jagħmel tajjeb għal żiediet fil-prezz ta’ prodotti.
Għalhekk kull familja se tkun qed tirċievi bonus ta’ €35 u persuni li jgħixu waħedhom se jkunu qed jirċievu bonus ta’ €15 fis-sena.
Dan il-bonus se jkun iffinanzjat kollu mill-Gvern mingħajr ma jitfa’ piż fuq l-intrapriżi privati.