http://www.one.com.mt/play/
It-tema għall-Baġit għas-sena d-dieħla hija Malta: Inkomplu Nikbru Flimkien. It-tema tal-Budget 2020 ġiet żvelata mill-Prim Ministru Joseph Muscat li lbieraħ sostna li dan il-budget se jkunu mibni fuq tliet pilastri, jiġifieri li jippremja lill-familja bieżla, li jgħin li min hu batut u li jħares is-sostenibbiltà.