Mat-tokki tal-ħamsa ta’ filgħaxija il-President ta’ Malta laqa’ lill-Ministru tal-Finanzi l-Professur Edward Scicluna fil-Palazz ta’ San Anton. Waqt din iċ-ċerimonja Scicluna ppreżenta lill-President id-dokumenti tal-baġit sabiex jiġu ffirmati.
Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm ukoll l-Ispeaker tal-Kamra Anglu Farrugia. Tajjeb ta’ min jinnota li din iċ-ċerimonja s-soltu ssir fil-Palazz tal-President fil-Belt Valletta iżda minħabba li bħalissa qed isiru diversi xogħlijiet ta’ restawr gewwa fih iċ-ċerimonja giet organizzata f’Ħ’Attard.
Minn hawn, il-Ministru tal-Finanzi jibqa’ sejjer fil-plenarja tal-Parlament fejn jaqra l-baġit. Id-diskors mistenni jdum mat-3 sigħat fejn wara jkun hemm konferenza stampa fil-bini tal-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja.