Il-Prim Ministru Kanadiż Justin Trudeau stqarr li ser ikompli l-kampanja elettorali b’manjiera normali.
Din l-istqarrija ħarġet ġurnata wara li libes sidrija bulletproof għal attività politika.
Midja Kanadiża rrapurtat li kien hemm xi tip ta’ theddida għas-sigurtà tal-Prim Ministru iżda d-dettalji ma ġewx ippubblikati.
Personalitajiet politiċi fil-Kanada rari jkollhom bżonn sigurtà qawwija madwarhom. Minkejja dan, waqt l-attività politika kien iċċirkondat minn uffiċjali tas-sigurtà armati sa snienhom b’armi tan-nar.
Il-Prim Ministru Trudeau kien mdawwar b’numru ta’ uffiċjali waqt li kien qalb in-nies. Il-mara tal-Prim Ministru, Sophie Gregoire-Trudeau, kienet mistennija tintroduċi r-raġel tagħha waqt l-attività iżda din ma tfaċċatx.