Mill-Ħadd biljett ta’ sagħtejn tal-karozza tal-linja se jibda jiswa €1.50, jiġifieri 50 ċenteżmu anqas hekk kif il-Kumpanija li topera s-servizz ħabbret li qalbet għall-miżati tax-xitwa.
Fuq Facebook il-kumpanija fakkret ukoll li biljetti mixtrija bit-Tal-Linja Card igawdu minn skont tul is-sena kollha. Malta Public Transport qalet ukoll li flus karti tal-€10, €20 u €50 jistgħu ma jkunux aċċettati u ħeġġew lill-passiġġiera biex meta ma jħallsx b’Tal-Linja Card kemm jista’ jkun jippreparaw flus bl-eżatt.