L-ilwien u d-disinji tal-karozza tal-linja l-antika mhux se jintilfu, hekk kif tnieda l-kunċett ta’ karozzi tal-linja elettriċi ġodda li bid-disinn tal-Perit Jonathan Mizzi se jingħataw dehra moderna bbażata fuq il-mudell tradizzjonali tal-karozzi l-antiki.
Waqt attività fi pjazza tritoni li fiha ġie żvelat mudell ta’ dawn il-karozzi tal-linja l-ġodda, il-moħħ wara l-kunċett, il-Perit Jonathan Mizzi spjega li l-karozzi tal-linja l-antiki iqanqlu wisq nostalġija fil-Maltin biex jitħallew jintilfu.
Mizzi qal “Got stuck behind one of Boris Johnson’s new bendy buses, the ones that we imported in seven years ago and I was literally stuck behind one for half an hour and that’s when the magnitude, of what we lost really hit me and I realised, that’s it. We are never going to see these beautiful icons ever again, and we sort of said, we have to do something about it. You know, there are ways from a design point of view to capture the spirit of the old buses.”
Il-Ministru Ian Borg saħaq li filwaqt li kien wasal iż-żmien li l-karozzi tal-linji l-antiki jinbidlu ma’ karozzi li jħammġu inqas, permezz ta’ dan il-kunċett il-karatteristiċi tradizzjonali tal-karozzi tal-linja l-antiki mhux se jintilfu.
Borg qal kif “Inħarsu li bħal kumplament tal-pajjiż ikollna karozzi tal-elettriku u hawnhekk flimkien ma’ Mizzi studios, il-Ministeru ħaseb f’dan id-disinn, ilqajna il-ħsieb tagħhom, sabiex issa nesploraw kemm huwa possibbli u vijabbli li għal futur inkunu nistgħu niddisinjaw il-kumplament tal-flotta li għad trid tkompli tikber u tibdel dik li hemm illum, ikunu ddisinjati sabiex ifakkruna wkoll fl-istorja ta’ pajjiżna.”
Biex b’dan il-proġett se tingħata l-ħajja xi ħaġa li tqanqal bosta memorji sbieħ ta’ nostalġija fost il-Maltin, anki jekk it-trasport pubbliku ta’ dak iż-żmien ma kellux il-kumditarjiet li għandu llum.