Żagħżugħ ta’ 18-il sena minn Marsaskala li kien tressaq il-Qorti bi tmien akkużi ta’ serq aggravat regġa xellef diffrejh mal-liġi wara li reġa’ nqabad jipprova jisraq minn blokka ta’ appartamenti f’Marsaskala stess, u li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
L-akkużat, li ismu mhux jixxandar b’ordni tal-Qorti, mistenni jidher quddiem Qorti li tisma’ każijiet tal-adoloxxenti, u minn hemm se jittieħed fil-faċilità YOURS fl-Imtaħleb.
Hawnhekk intalab mill-Maġistrat Joe Mifsud jirrifletti fuq għemilu biex ma jagħmilx ħajtu kollha dieħel u ħiereġ il-ħabs.