Is-Società Filarmonica Nazionale La Valette se tippreżenta kunċert speċjali Operistiku u Sinfoniku bħala Omaggio a Giuseppe Verdi (1813-1901), ġieħ lil Giuseppe Verdi, li jinkludi sinfoniji, arie, dwetti u siltiet korali mir-repertorju Verdjan.
Il-Banda La Valette qiegħda tfakkar il-145 sena mit-twaqqif tagħha u t-92 anniversarju tar-rebħa fil-Konkors Bandistiku Internazzjonali f’Como, l-Italja, taħt id-direzzjoni ta’ Mro Cardenio Botti.
Il-Kuncert ser jinżamm is-Sibt 9 ta’ Novembru 2019 fis-7.30pm fl-Auditorium tal-Istitut Kattoliku, il-Floriana, u huwa taħħt il-patroċinju tal-President ta’ Malta l-ET Dr George Vella. Għal din l-okkazjoni speċjali, is-Sindku ta’ Como, Italja, bagħat messaġġ li jirrikonoxxi l-ħbiberija storika bejn din il-Belt mil-Lombardija u l-Filarmonica Nazionale La Valette.
It-Tenur rinomat Kaludi Kaludov mill-Bulgaria u s-Soprano Anna Dytry mill-Polonja ser jinterpretaw arie u duetti minn opri popolari fosthom La Traviata, Aida, La forza del destino, Rigoletto, Il Trovatore. Il Coro Bel Canto ser jinterpreta ghazliet korali mill-opri Nabucco, La Traviata, Aida u Il Trovatore.
Kaludi Kaludov minn Sofia, il-Bulgaria, għandu karriera operistika internazzjonali ta’ suċċess, kanta fit-teatru La Scala ta’ Milan,u teatri fi Trieste, Genova, Pariġi, Buenos Aires, Chicago u Houston fl-Istati Uniti, Berlin u Hamburg fil-Germania, u Vienna. Huwa ddistingwa ruħu fil-opra Aida ta’ Verdi taht Mro Zubin Mehta f’Tel Aviv, Iżrael; kanta wkoll ma’ wħud fost l-aqwa kantanti fosthom Renato Bruson, Placido Domingo, Sherill Milnes, Mirella Freni, taħt surmastrijiet famużi bħal Claudio Abbado u Riccardo Muti. Kaludi għandu repertorju estensiv ta’ opri ta’ Verdi fosthom Attila, Ernani, Aida, La Traviata, Rigoletto, La forza del destino u Il Trovatore.
Is-Soprano Anna Dytry twieldet il-Polonja u speċjalizzat fil-kant taħt l-istess Kaludi Kaludov. Hi interpretat rwoli ewlenin li jinkludu Micaela fil-Carmen ta’ Georges Bizet, Desdemona fl-Otello, Leonora fi Il Trovatore, Elisabetta fid-Don Carlo ta’ Verdi, Liu fil-Madame Butterfly u Tosca fl-opri ta Giacomo Puccini, Elvira fid-Don Giovanni ta’ Mozart, Giuletta f’Les Contes d’Hoffman ta’ Jacques Offenbach, impenji operistiċi fi Vienna, Maastricht, u teatri oħra fil-Polonja, il-Bulgarija u s-Slovakkja.
Il-Banda La Valette ser tkun taht Id-direzzjoni ta’ Mro Dominic Darmanin.
Omaggio a Giuseppe Verdi huwa tribut mis-Socjetà Filarmonica Nazionale La Vallette lill-patrimonju tal-opra Taljana – M’għandux jintilef!
Booking mis-sede tas-Soċjetà Filarmonica Nazzjonali La Valette, Triq ir-Repubblika,Valletta. Telefon: 20997001 jew email fuq