Hekk kif bdejna x-xahar t’Ottubru jidher sew li spiċċa s-sajf u beda l-istaġun tal-Ħarifa, hekk kif matul il-jum tat-Tnejn bibien is-sema nfeħtu ġmielhom.
Fuq il-midja soċjali, diversi persuni tellaw filmati fejn juru l-qawwa tax-xita li nieżla bħalissa.
Ix-xita qalila li bdiet nieżla ftit qabel nofsinhar u mistennija tippersisti matul il-lejl li ġej. Rapporti tat-temp mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qegħdin juru li dan it-temp għandu jippersisti sal-Ħamis filgħodu.