Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni, li lil Daphne Caruana Galizia sejħilha biċċa blogger, tant jinsab fil-qiegħ f’dak li hu appoġġ u fiduċja li qed jipprova jaqbad ma’ każ sensittiv bil-għan li jipprova jiskorja xi punti politiċi. Għal darb oħra spiċċa jċedi għal dik il-fazzjoni fil-Partit Nazzjonalista li ilha żmien tipprova turih ‘il bieb ta’ barra. Din mhux l-ewwel darba li għamilha u iktar ma prova jagħmel dan,iktar dgħajjef il-pożizzjoni tiegħu fil-Partit Nazzjonalista.
Li ma fehemx Adrian Delia huwa li politiku serju ma jpoġġix fl-arena partiġjana investigazzjonijiet sensittivi dwar każ mill-iktar serju. Kif spjega l-Prim Ministru,min jagħmel hekk ma jkunx qed ifittex ġustizzja, iżda jfixkilha,temm jgħid il-Partit Laburista.