Il-pulizija Belġjana qed jinvestigaw raġel li kien qed jaġġixxi b’mod suspettuż u liebes kowt twil u li minnu kienu ħerġin xi wires. Dan ikkonfermatu l-midja Belġjana.
Il-pulizija bħalissa għaddeja b’operazzjoni delikata fiċ-ċentru tal-kapitali Belġjana, Place de la Monnaie.
It-taqsima tal-munizzjon hija preżenti. Il-ħwienet tal-madwar ġew evakwati u ngħalqu bosta toroq.
Il-pulzija spjegat li għandhom suspett iżda r-raġel għadu ma ġiex arrestat.
Illum, huwa propju ġurnata qabel il-ġurnata Nazzjonali tal-Belġju li matula jsiru bosta ċelebrazzjonijiet.