Żagħżugħ ta’ 17-il sena mill-Marsa lbieraħ tressaq il-Qorti t’Għawdex fejn fost oħrajn kien akkużat li s-Sibt seraq ammont ta’ flus kontanti minn stabbiliment fi Triq il-Menqa Marsalforn, fil-limiti taż-Żebbuġ, Għawdex.
L-akkużat wieġeb ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu u tqiegħed taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ tliet snin. Huwa ġie ordnat ukoll iħallas is-somma ta’ €172.45 lill-vittma f’perjodu ta’ tliet snin.
Is-Seduta tmexxiet mill-Maġistrat Paul Coppini, filwaqt li l-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.