Il-Partit Nazzjonalista spiċċa qisu karozza tinstaq waħedha mingħajr steering u xufier.
B’dan il-kliem, il-Prim Ministru iddeskriva l-istat li tinsab fih bħalissa l-oppożizzjoni fejn il-Kap jgħid mod, u d-deputati u l-esponenti jagħmlu eżattament l-oppost.
Il-Prim Ministru rrefera wkoll għal diversi episodji fejn il-ġlied u t-taħwid fil-Partit Nazzjonali komplew iġibu l-Oppożizzjoni ineffettiva u inkonsistenti.
Hekk ġara fil-każ tan-nomina ta’ Helena Dalli għall-Kummissarju Ewropew.
Hawnhekk, l-Prim Ministru qal li minkejja li Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista se jappoġġja lil Helena Dalli, l-esponenti tiegħu għamlu eżattament l-oppost. (MEPs PN)
Il-Prim Ministru talab lil Adrian Delia biex jgħid min kien wara din il-mossa kontra pajjiżna.