Ħames xhur wara l-akbar rebħa elettorali mill-Indipendenza ‘l hawn, l-Partit Laburista u l-Prim Ministru Joseph Muscat komplew iżidu fil-fiduċja tal-poplu Malti u Għawdxi.
Dan qalu stħarriġ tal-ġurnal Maltatoday fejn reġa’ kkonferma vantaġġ politiku ta’ 22% bejn il-Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalosta. Il-Partit Laburista żied fil-fiduċja fost l-etajiet u r-reġjuni kollha tal-gżejjer Maltin.
L-istħarriġ innota wkoll li minn dawk li fl-elfejn u sbatax ivvutaw lill-Partit Nazzjonalista ssebgħa u ħamsin fil-mija biss lesti li jerġgħu jivvutaw lill-Partit tagħhom f’każ li terġa tittella’ elezzjoni għada.
Minn naħa tiegħu l-Prim Ministru Joseph Muscat kompla jżid fil-fiduċja fuq il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia. Filfatt illum id-differenza bejn iż-żewġ kapijiet telgħet għal aktar minn sebgħa u tletin fil-mija. Filfatt filwaqt li Joseph Muscat qed igawdi minn erbgħa u ħamsin punt wieħed fil-mija Adrian Delia għandu biss fiduċja ta’ sittax punt sebgħa fil-mija tal-poplu Malti u Għawdxi. Hanwhekk il-ġurnalist tal-Maltatoday innota li bħal meta tkun fuq threadmill, Adrian Delia qed jaqdef u jibqa’ fl-istess post.
L-istatistika tinnota wkoll li Joseph Muscat qed igawdi fiduċja ta’ ħamsa u erbgħin punt sebgħa fil-mija taż-żgħażagħ filwaqt li delia għandu l-fiduċja ta’ sebgħa fil-mija taż-żgħażagħ biss.