Tliet persuni tressqu l-Qorti mixlija b’serq aggravat fuq anzjan li jinsab fuq is-siġġu tar-roti.
Antoine Galea, ta’ 42 sena miż-Żejtun, Donna Borg ta’ 25 sena mingħajr indirizz fis u Ronald Galea ta’ wieħed u erbgħin sena minn Ħaż-Żabbar ġew akkużati wkoll li attakkaw lill-anzjan ta’ 75 sena.
Fil-Qorti nstema’ li l-akkużati heddew lill-anzjan biex ma jirrapurtahomx għaliex kienu jafu fejn joqgħod u qalulu li jekk jikxifhom jaħarqulu daru.
It-tliet persuni ġew akkużati wkoll li huma reċedivi u talbu għall-ħelsien mill-arrest iżda l-Qorti ċaħdet dan wara li anki semgħet l-argument tal-Prosekuzzjoni li qalet li l-imputati użaw vjolenza fuq persuna li ma setax jiddefendi ruħu.