Fl-isptar Mater Dei ġew inawgurati 14-il klinika fil-pre-operative admission clinic. Il-parti fejn pazjenti jidħlu għal testijiet il-jum ta’ qabel l-operazzjoni. Il-kliniċi l-ġodda jfissru li pazjenti mhux se jibqgħu jidħlu jum qabel l-operazzjoni għat-testijiet, imma ser jidħlu ferm qabel biex jagħmlu t-testijiet meħtieġa biex imbagħad jidħlu għall-operazzjoni bl-aħjar mod.
Din il-parti tal-isptar Mater Dei tara mas-sittin pazjent kuljum li jkollhom operazzjoni skedata. Il-Ministru għas-saħħa Chris Fearne fisser li dan il pass se jwassall biex ma jinħlewx riżorsi kif ukoll biex tiżdied l-effiċjenza fl-isptar Mater Dei. Spjega kif matul is-sena li għaddiet saru 60,000 operazzjoni, b’85% minnhom f’Mater Dei.