Mietet l-anzjana Furta fl-età ta’ 93 sena li kienet toqgħod Ħal Qormi.
Hija saret magħrufa minn ħafna wara li riċentement nxtered filmat tagħha fejn qamet tiżfen mal-kanuzunetta fit-tieġ tan-Neputija interpretata minn Joe Demicoli. Fil-parti fejn tgħolli d-dublett hija kienet pronta u għolliet id-dublett filwaqt li kompliet tiżfen.
L-anzjana hija omm ta’ 12 u kellha 29 neputi.
Ħafna kienu dawk li fakkru l-memorja ta’ Furta u semmew il-karattru ferrieħi fejn qalu li issa tista’ tiżfen mal-anġli tagħha fosthom Joe Demicoli.
Il-funeral ta’ Furta se jsir għada fit-08:15 a.m fil-knisja ta’ San Ġorg f’Ħal Qormi.