Jordan Azzopardi li jinsab mixli bi traffikar ta’ droga talab mill-ġdid għall-ħelsien mill-arrest wara li fis-seduta tal-Erbgħa filgħodu xehdet l-aħħar persuna fil-każ li jinsab mixli dwaru. Azzopardi qagħad bilqiegħda qrib is-sieħba tiegħu ta’ 31 sena li hija wkoll omm ta’ ħamest itfal li isimha ma jistax jixxandar fuq ordni tal-qorti.
Hija ngħatat il-ħelsien mill-arrest fil-bidu ta’ Awwissu li għadda.
Azzopardi permezz tal-avukati tiegħu qiegħed isostni li għandu jingħata l-ħelsien mill-arrest bil-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Doreen
Clarke qalet li se tkun qed tiddeċiedi dwar dan fil-jiem li ġejjiin.
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Mark Anthony Mercieca.