Raġel ta’ 34 sena ingħata sentenza ta’ sentejn ħabs wara li ammetta li akwista u xerred materjal pornografiku tat-tfal.
Ir-raġel joqgħod Raħal Ġdid u ntqal li għandu diżabilità intelletwalment.
Fl-awla kien hemm preżenti l-Ispettur Roxanne Tabone li qrat l-akkuża kontra r-raġel. L-akkuża kienet ksur ta’ liġi dwar possesjoni u tixrid ta’ pornografija tat-tfal. Ir-raġel wieġeb ħati għal akkużi miġjuba kontrih.
L-avukat tad-difiża Graziella Tanti qalet li r-raġel għandu bżonn għajnuna psikoloġika.
Il-Maġistrat Audrey Demicoli qablet ma dan u r-raġel ingħata s-sentenza ta’ sentejn ħabs fejn ikun jista’ jingħata kura. Il-Maġistrat ordnat ukoll li l-materjal pornografiku kollu relatat ma’ dan il-każ jinqered.