Raġel ta’ 36 sena minn Bormla tressaq il-Qorti akkużat li sawwat lit-tfajla tiegħu fl-għassa tal-Pulizija tan-Naxxar.
Ir-raġel deher quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli u kien akkużat li attakka lit-tfajla tiegħu, kiser il-paċi pubblika, insulentaha u heddidha. Huwa kien akkużat ukoll li attakka, insulenta u hedded żewġ uffiċjali tal-Pulizija bil-għan li jinfluwenzahom u li ma obdiex l-ordnijiet tal-Pulizija.
Il-Qorti poġġiet divjet fuq l-ismijiet sabiex tipproteġi lill-vittma. Il-każ seħħ il-Ħadd meta l-imputat segwa lill-vittma sal-għassa tan-Naxxar biex tirrappurtah. Hu segwiha u kompla jsawwatha fl-għassa fejn kellhom jinterbjenu l-Pulizija biex iwaqqfuh.
Huwa wieġeb mhux ħati u talab għall-ħelsien mill-arrest.
Il-Prosekuzzjoni li tmexxiet mill-ispetturi Eman Hayman u Clayton Camilleri oġġezzjonaw għall-ħelsien mill-arrest għaliex qalu li l-akkużat mhuwiex ta’ min jafdah.
L-ispettur xehed li l-mara daħlet fl-għassa mimlija bid-demm. Hu hedded li ħa jpattiha lil min jieħu passi kontrih.
L-avukat Franco Debono deher għal akkużat għal li hu stenna li l-Prosekuzzjoni tgħid li l-akkużat kellu xi ġerħa f’idejh minħabba xi ħġieġ imkisser u li l-mara pruvat tħabbtu bil-karozza wara li ħatfitlu l-isteering fil-Coast Road.
Il-Prosekuzzjoni stqarret li l-ewwel ħaġa li għamel fl-għassa kien l-attakka lill-mara. L-imputat saħqet lill-imputat saq minn Naxxar sa Bormla u kellu ċans biex jaħseb l-arrarijiet sew iżda minflok iggrava l-affarijiet.
Il-Qorti ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depositu ta’ €6,000 u garanzija personali ta’ €8,000. Hu ġie orndat biex jobdi l-ordnijiet tal-ħelsien mill-arrest u jmur jiffima kuljum.
Għal akkużat deher ukoll l-avukat Amadeus Cachia.