Fi stqarrija maħruġa mid-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali stqarr, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu użati minħabba r-riskju ta’ migrazzjoni ta’ Primary Aromatic Amines mill-materjal li bih huma magħmulin dawn il-prodotti għal ġol-ikel.
Deskrizzjoni tal-prodott: | Sett ta’ għodda tal-kċina ta’ ħames biċċiet |
Ditta: | Urban Living |
Numru tal-barcode: | 5414883005659 |
Oriġini: | Ċina |
Għal aktar informazzjoni, l-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt. Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.