L-aħħar stħarriġ dwar is-suq tax-xogħol li jsir mill-uffiċċju Nazzjonali tal-istatistika sab li l-persuni jaħdmu bejn April u Ġunju żdiedu b’aktar minn sittax-il elf u erba’ mitt meta mqabbel mal-istess tliet xhur tas-sena li għaddiet.
BEJN APRIL U ĠUNJU
2019 – 251,700
2018 – 235,235
+16,468 IMPJIEG
Il-Labour Force Survey juri li ż-żieda ta’ sebgħa fil-mija fl-impjiegi wasslet biex f’Malta kien hawn mitejn wieħed u ħamsin elf u sebgħa mitt ruħ li kienu qegħdin jaħdmu.
Din iċ-ċifra tirrappreżenta kważi sittin fil-mija tal-popolazzjoni Maltija fl-età ta’ bejn il-15 u l-64 sena.
L-istħarriġ li sar fost aktar minn tlett elef u mitejn familja, juri li bħala medja, is-salarju bażiku kien ta’ 19,484 ewro fis-sena.
Dan ma jinkludix ħlasijiet ta’ sahra, benefiċċji u l-bonus. Il-Labour Force Survy juri li l-ħaddiema fis-settur finanzjarju u fl-assigurazzjoni għandhom l-aħjar pagi. Imqabbel mal-istess perjodu fl-2012, is-salarju bażiku żdied b’aktar minn erbat elef ewro.
IS-SALARJU BAŻIKU BEJN APRIL U ĠUNJU
2019 – €19,484
2018 – €18,942
2017 – €18,064
2012 – €15,471
Minn dan l-istħarriġ joħroġ ukoll li ftit aktar minn tmint elf u tmien mija jew tnejn punt wieħed fil-mija qegħdin ifittxu impjieg, 235 anqas milli kien hemm fl-istess perjodu s-sena l-oħra.
Minn dan l-istħarriġ joħroġ ukoll li kważi sittax fil-mija kienu qegħdin jaħdmu għal rashom.
http://www.one.com.mt/2019/09/30/malta-bit-tielet-l-inqas-rata-ta-qghad-fost-il-pajjizi-kollha-tal-ue-eurostat/