L-Aġenzija Dinija għall-Kontra d-Doping (WADA) qed tirrakomonda lil kumitat internazzjonali Olimpiku biex ma jħallix lir-Russja tipparteċipa fl-Olimpjadi ta’ Rio li se jkunu qed jibdew fi ftit ġimgħat oħra.
L-Aġenzija spjegat kif l-allegati Ministeru tal-Isports flimkien mas-servizzi sigrieti Russi mmanipulaw kampjuni ta’ awrina bi preparazzjoni għall-Olimpjadi tax-Xitwa tal-2011. Apparti minn hekk, skont l-istess Aġenzija rriżulta wkoll li sa l-kampjonati diniji tal-għawm tas-sajf li għadda instabu madwar 312 riżultat falz tad-doping.
B’reazzjoni ta’ din l-aħbar, Thomas Bach il-President tal-Kumitat Internazzjonali Olimpiku spjega kif il-bord ħa jkun qed jiltaqa’ illum u se jieħu deċiżjoni dwar f’liema tipi ta’ sports ir-Russja mhux se tkun qed tipparteċipa.
Min-naħa tiegħu, il-President Russu Vladimir Putin qal li l-uffiċjali msemmija ħa jkunu qed jiġu sospenduti. Il-WADA xorta qed tinsisti li li l-kumitat internazzjonali jimposti konsegwenzi serji fuq il-Federazzjoni Russa fl-aħjar interess tal-isports u l-atleti tal-Olimpjadi.